Uffiċjal tal-Pulizija spiċċa bi spaltu maqlugħa wara li ġie aggredit waqt li kien qed jaqdi dmirijietu fil-Fgura.
Kien għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi triq Hompesch fil-Fgura meta Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit avviċinaw raġel. Hekk kif marru biex jarrestawh, l-istess individwu rreżista l-arrest bil-konsegwenza li darab wieħed mill-Pulizija.
Il-Pulizija mar l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kellu spaltu maqlugħa.
L-aggressur ġie arrestat u qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija.