Kien għall-ħabta tal-22:00 ta’ filgħaxija meta daħal rapport fl-Għassa tal-Pulizija dwar karozza li nħakmet minn nirien, minn ġar fil-qrib.
Il-każ seħħ fi Triq Santa Roża fejn għal xi raġuni vettura li kienet ipparkjata nħakmet minn nirien.
Fuq il-post marru Pulizija li kienu stazzjonati fl-Għassa tar-Rabat fejn permezz ta’ fire extinguisher irnexxilhom jikkontrollaw in-nirien.
Issejħu fuq il-post ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħala prekwazzjoni.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.