Kuntistabbli tal-Pulizija li kien qed jagħmel ronda b’rabta ma’ rapporti ta’ serq minn karozzi f’Ħaż-Żebbuġ matul il-ġimgħa nnota raġel u mara li dehru suspettużi, u ftit wara sgassaw u daħlu f’karozza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija tal-Ħadd fi Triq Karmenu Micallef, Ħaż-Żebbuġ.
L-uffiċjal tal-Pulizija imbagħad avviċina l-vettura u arresta lir-raġel ta’ 50 sena mis-Siġġiewi u lill-mara ta’ 46 sena minn Tas-Sliema.
Aktar tard minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li ż-żewġ persuni fl-aħħar jiem, allegatament wettqu numru ta’ serqiet simili.
Iż-żewġ persuni ttieħdu lejn il-lock-up tal-Floriana għal aktar stħarriġ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.