Pulizija fi ħdan il-Police Officers Union spiċċa fil-mira ta’ att vandalu hekk kif allegatament xi ħadd ħaraqlu l-karozza aktar kmieni din il-ġimgħa. F’messaġġ fuq Facebook, l-Ispettur Sandro Camilleri wera solidarjetà u appoġġ ma’ dan il-Kuntistabbli fejn iddeskriva dan l-att bħala wieħed kodard u viljakk.
Spjega kif l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.