Pulizija Ingliż instab ħati li stupra tifla ta’ 13-il sena.
PC Ian Naude ta’ 30 sena jidher li ssieħeb mal-Pulizija biex jakkwista sett ta’ ċwievet ta’ ħanut tal-ħelu biex ikolli aċċess għall-vittmi tiegħu. Dan ħareġ waqt is-smiegħ fil-Qorti f’Liverpool.
Jidher li l-istupru u sar fil-karozza tal-akkużat u nġibed bil-mobile tiegħu. Dan il-filmat ixxandar fil-Qorti waqt is-smiegħ.
Jidher ukoll li Naude kien diġà tressaq il-Qorti fuq offiżi marbuta mas-sess f’April 2017. Huwa kien wieġeb ħati ta’ mhux anqas minn 31 offiża ta’ abbuż sesswali fuq tfajliet taħt l-età.