Pulizija ta’ 36 sena nstab ħati ta’ vjolenza domestika fuq martu. Huwa ġie kkundannat għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.
L-akkużat ta daqqa ta’ ponn lil martu fil-kamra tas-sodda wara li staqsieha għaliex kienet se tissepara minn miegħu. Il-Qorti semgħet kif wara li ta daqqa ta’ ponn fuq il-bieb il-mara imbuttatu hekk kif huwa kien refa’ idejħ fuqha qabel.
Minn CT scan irriżulta li hija sofriet ksur ta’ għadam madwar għajnejha.
Fl-awla l-mara saħqet li din ma kinitx l-ewwel darba li sfat imsawta minnu hija qatt ma rraportat għax ma xtaqitx ittelliflu xogħlu bħala pulizija.
Huwa kien ordnat ma jdejjaqx lil martu għal sentejn.