Il-Kuntistabbli Tyrone Sammut li jagħmel parti mill-kumitat tal-Police Officers Union offra li jaħdem l-extra duty mingħajr ma jitħallas tagħha. Dan se jkun qed jagħmlu sabiex dawn il-flus imorru mal-fondi biex jassistu il-ħaddiema li l-impjieg taghħom ġew affetwat mill-Coronavirus.
Fi stqarrija l-POU qalet li filwaqt li rringrazzjat lill-Pulizija Sammut għall-ġest tiegħu ħeġġet ukoll aktar nies sabiex jagħmlu l-istess.