Pulizija li għadu kemm beda l-karriera tiegħu spiċċa vittma ta’ raġel li aggredih bl-għan li jipprova jaħrab mill-Uffiċjali.
Dan il-Pulizija allegatament safa’ aggredit f’San Ġiljan matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, meta flimkien ma Surġent daħal f’bar li fih l-agressur kien qed ipejjep.
Kien f’dan il-mument li l-Pulizija talbet lir-raġel biex joħroġ mill-bar sabiex ikellmuh iżda r-raġel telaq jiġri biex jaħrab mill-uffiċjali tal-Pulizija. Meta l-Pulizija rnexxielha twaqqaf ir-raġel, allegatament beda jfajjar daqqiet ta’ ponn f’wiċċ l-uffiċjal. Iżda minkejja dan il-Pulizija rnexxielhom jarrestaw lil dan ir-raġel wara li sofrew minn ġrieħi.
B’rabta ma’ dan il-każ l-agressur se jkun qed jitressaq il-Qorti llum.