Uffiċjal tal-pulizija qed jiġi akkużat bil-ħtif u l-qtil ta’ Sarah Everard li l-ġimgħa li għaddiet għebet waqt li kienet miexja waħedha lejn id-dar tagħha fin-naħa t’isfel ta’ Londra.
Hija ntlemħet l-aħħar fit-3 ta’ Marzu.
Il-katavru tagħha instab nhar l-Erbgħa li għadda f’foresta f’Kent aktar minn ġimgħa wara.
L-uffiċjal tal-pulizija tal-MET Wayne Couzens mistenni jidher fil-Qorti ta’ Westminster matul il-jum tas-Sibt.
Couzens għandu 48 sena u ngħaqad mal-Pulizija f’Settembru tal-2018.
Qabel ġew kkonfermati l-akkużi fil-konfront tiegħu, Couzens kellu jittieħed l-isptar wara li għat-tieni darba f’jumejn indarab f’rasu fiċ-ċella.