Il-pulizija fil-Gwatemala salvaw 126 immigrant li kienu abbandunati f’kontenjer f’ġenb ta’ triq.
Huma nstabu kmieni filgħodu wara rapporti li saru minn nies li semgħu l-għajjat.
L-awtoritjiet qed jissuspettaw illi l-immigranti, li l-maġġoranza tagħhom huma mill-Haiti, ġew abbandunati mit-traffikanti li kienu se jeħduhom lejn l-Istati Uniti mill-Messiku.
Uffiċjali taw l-ewwel għajnuna lill-immigranti qabel ma ħaduhom f’xelters apposta.
Dan il-każ isegwi ieħor li seħħ ġurnata qabel, fejn l-awtoritajiet Messikani żammew mas-650 immigrant, li aktar minn nofshom kienu tfal, milli jivvjaġġaw lejn il-fruntiera fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti.