Żewġ Uffiċjali tal-Pulizija ndarbu meta kienu qed jarrestaw raġel li kien armat b’sikkina viċin Buckingham Palace.
Il-Pulizija ngħataw il-kura meħtieġ fuq il-post hekk kif ġarrbu ġrieħi ħfief, fejn huma ma ttiħdux l-isptar.
Il-Korp qal li r-raġel twaqqaf quddiem iż-żona rjali għall-ħabta tat-20:30 tal-lejla.
Il-Pulizija Metropolitana qalet li ħadd iktar ma ġarrab ġrieħi f’dan l-inċident.