Intervent f’waqtu ta’ numru kbir ta’ pulizija wassal biex kienet evitata dik li kellha potenzjal ta’ traġedja f’Villa Chelsea, li tmexxi Richmond Foundation, f’Birkirkara.
Jirriżulta li l-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm persuna armata li bdiet thedded persuni oħra.
Kien ftit wara li l-pulizija daħlitilha rapport li kien hemm persuna armata li bdiet thedded persuni oħra li marret fuq il-post, saħansitra b’dawk tar-Rapid Intervention Unit armati b’rifles. Peró kollox ikkalma mingħajr dewmien u s-sitwazzjoni tqiegħdet taħt kontroll.
Minn tagħrif li ksibna jirriżulta li ġuvni ta’ 17-il sena li kien juża s-servizzi tal-post għal xi żmien kien agressiv u darab ħafif żewġ ħaddiema li ttieħdu għall-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Uffiċjali ta’ Richmond Foundation ikkonfermaw li r-residenti jinsabu lura posthom u s-sitwazzjoni hija waħda normali għalkollox.
Ritratti: Melvic Zammit