Il-pulizija għamlet qabda tad-droga lesta biex tkun traffikata wara rejd qawwi fit-tiger bar il-Marsa u numru ta’ appartamenti fl-akwati.
Kien għal-ħabta tas-sagħtejn ta wara nofsinhar li twettqet din l-operazzjoni kbira mill-Pulizija.
Il-pulizija kkonfermat fi stqarrija li minn fuq il-post kienet elevata droga kannabis naturali f’ammonti sostanzjali kif ukoll sustanzi suspettati sintetiċi.
Id-droga kienet ppakjata lesta biex tkun ittrafikata u fuq il-post il-pulizija sabet ukoll ammont ta’ flus.
Waqt din l-operazzjoni ġew arrestati diversi persuni. Il-mod kif saret l-operazzjoni kien xhieda tal-importanza li tatha l-pulizija bil-membri mill-iskwadra ta’ kontra d-droga mid-distrett tal-Belt Valletta u l-Ispecial Intervention Unit lkoll involuti.
Il-pulizija armati sa snienhom dehru deħlin fil binja b’ħeffa liema bħalha biex jiżguraw li ħadd ma jaħrab jew jiddisponi minn xi evidenza. Fuq il-post kien hemm ukoll il-klieb mis-sezzjoni ta’ kontra d-droga biex setgħet saret tfittxija intensiva f’kull rokna tal-bini.
Waqt din l-operazzjoni intuża wkoll drone sabiex ikun jista jgħin lil Pulizija fl-investigazzjoni tagħhom. Filwaqt li fuq il-post issejħet ukoll ambulanza biex tkun tista tassisti xi persuni għal-ġriehi ħfief li sofrew waqt it-twettieq din l-operazzjoni.
Minħabba d-diversi rapporti li sikwit kienu jidħlulha din mhux l-ewwel darba li il-pulizija kellha tintervejni f’dan il-ħanut. Madankollu din kienet l-akbar operazzjoni tax-xorta tagħha f’ħafna żmien.