Pulizija fuq xogħolu lbieraħ safa’ aggredit minn dak li sejjah lilu nnifsu bħala ‘security ta’ Simon Busuttil’. Il-Pulizija kien qiegħed xogħol iċ-Ċirkewwa, hekk kif kien hemm il-meeting tal-PN fir-Rabat Għawdex.
Rapport li ddaħħal fl-għassa tal-Mellieħa jgħid li l-Pulizija żagħżugħ beda jiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt minn partitarji Nazzjonalisti, li bdew jiżuffjettaw bil-korp tal-Pulizija.
Il-Kuntistabbli kellem lil raġel li l-aktar kien qed jikkawża problemi u talbu d-dettalji tiegħu. Dan irrifjuta li jipprovdi d-dettalji, u qal li huwa security person ta’ Simon Busuttil. Wara, daħlal fil-karozza u beda jipprova jsuq.
Il-kuntistabbli kien pront u żammlu ċ-ċavetta tal-karozza biex ma jsuqx. L-allegat agressur qabadlu idu u għafasielu mal-ħġieġa tat-tieqa tal-karozza. Ir-raġel baqa’ ma jridx itiħ il-particulars u qabad u saq bil-karozza.
Sorsi informati qalulna li l-alleggat aggressur informa lil Simon Busuttil jew inkella nies fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Il-Kuntistabbli aggredit għamel rapport fl-għassa tal-Mellieħa u mar il-polyclinic jagħmel ċertifikat.