Alan Pulido, l-attakkant internazzjonali Messikan li jilgħab m’Olimpiakos, instab. Huwa nħataf qrib daru minn sitt irġiel b’wiċċhom mgħotti. Dak il-ħin kien mal-għarusa tiegħu li tħalliet f’parkeġġ, filwaqt li hu nħataf.
Pulido, li għandu 25 sena, deher b’idu infaxxata u qal biss li jinsab ‘tajjeb ħafna’.
Awtoritajiet Messikani ma provdewx dettalji dwar il-każ, li rrapportajna dwaru aktar kmieni.