Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli naqas milli jitlob apoloġija liż-żgħażagħ wara li aktar kmieni din il-ġimgħa Adrian Delia qal li l-gvern qed jipprova jirbaħ il-vot 16 permezz tad-dibattitu tal-marijuana.
Qal dan meta gie mistoqsi minn ġurnalista ta’ ONE NEWS biex jitlob apoloġija liż-żgħażagħ waqt konferenza stampa fid-Dar Ċentrali li ironikament kienet dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-politika. Għal darba, darbtejn huwa dawwar id-diskors u naqas milli jitlob apoloġija.
Aktar minn hekk, huwa kompla jimplika li ż-żgħażagħ m’għandhomx moħħ biex jaħsbu meta qal lill-ġurnalista li din il-mistoqsija ma ħarġitx biha hi imma kien ħaddiehor li bagħtilha fuq il-mobile.
Din hija prova ċara oħra ta’ kif jaħsibha fuq iż-żgħażagħ il-Partit Nazzjonalista.