Fuq ix-xandir tal-istat jekk xejn is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li bħal Kap irid jibża’ għal postu ħareġ l-għadab tiegħu għall-attakki interni minn diversi fazzjonijijiet fil-Partit Nazzjonalista. Id-deputat Nazzjonalista u dak li ħareġ għonqu għal Delia ta x’jifhem li minn ġewwa hemm min qed iperreċ il-qasma interna.
Tul il-programm, anzjuż x’ħa jiġi mistoqsi u jħares lejn il-karti quddiemu, Clyde Puli tefa’ botta lejn in-naħa l-oħra fi ħdan il-Partit Nazzjonalista stess:
“Għax allaħares nibdew nitfgħu s-sħab u t-tebgħat fuq xi ħadd biex jaqbad u jirriżenja”. B’din id-dikjarazzjoni, fakkar fost l-oħrajn lil Simon Busuttil li bit-tebgħat fuq ismu tħalla xorta fil-Partit anki jekk qabel ġie muri l-bieb ta’ barra.
Fuq kollox spikka l-istess lingwaġġ iebes tal-Kap lejn dawk li qed ikomplu jaqsmu l-Partit Nazzjonalista bl-inkwiet intern:
“Imma kif kont qed ngħid, dawn il-leaks huma leaks malinni. Biċċiet minnhom b’intenzjonijiet malinni.” “Qlajjiet b’intenzjonijiet malinni. Xi wħud malinnament jużawh għall-kwistjonijiet politiċi.”
Mistoqsi jekk il-Kap Adrian Delia hux lest joqgħod għall-vot ta’ fiduċja bħalma għamel Lawrence Gonzi meta ffaċċjat bl-inkwiet intern li kellu, Puli saħaq li Delia m’għandux għalfejn jagħmel dan. Minkejja li għandu allegazzjonijiet serji fuq rasu fosthom dawk ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Soho.
Saħaq li wara Mejju se ssir xi ħaġa li ma saritx wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
“Wara l-elezzjoni ta’ Mejju li jmiss issir xi ħaġa li ma saritx wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, nagħmlu rapport tat-telfa imbagħad naraw għaliex kienu l-veru raġuni tat-telfa u minn hemm isiru d-deċiżjonijiet”.
B’din id-dikarazzjoni Clyde Puli ta x’jifhem li wara Mejju se jtiru l-irjus ta’ dawk li bħalissa jridu jumiljaw u jtajru ras il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.