Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli ħareġ jattakka lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li meta kien Kap tal-partit għamel koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia. Puli xerred filmat ta’ Marlene Farrugia fuq l-ispalla tgħid kliem dispreġjattiv dwar il-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex Clyde Puli jattakka lil min iddeċieda li jġib lil Marlene Farrugia fil-Partit Nazzjonalista. Botta diretta lejn Simon Busuttil.
Fuq Facebook, Puli kiteb – “Tajnihom il-palk, il-midja u żewġ siġġijiet parlamentari. Umbaghad bil-wiċċ tost riedet issir kap tagħna. U meta ridna nċedu siġġu minn tagħna għall-kap tagħna riedet tqabbad kandidat tagħha biex tieħdu hi. U llum jiżfnu u jifirħu mar-ritmu tal-mibegħda kontrina. U b’din il-mażra ma’ saqajna u bi ħsara oħra ridna nipprovaw ntejbu l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur. #TrojanHorse #LifaFĦobbitna #MaNaqtgħuQalbnaQatt”.