Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, wkoll spiċċa fil-mira tal-grupp ta’ Simon Busuttil.
Fl-aħħar sigħat il-grupp ta’ Busuttil prova jesponih kemm jiflaħ fuq l-għażla għall-kandidati tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali s-sena d-dieħla.
Dan wara li ma’ The Malta Independent Puli qal li mhux qed tintuża l-Kummissjoni għall-għażla tal-Kandidati.
Ftit sigħat wara din id-dikjarazzjoni kiteb Ivan Camilleri. Reporter meqjus bħala wieħed mir-rappreżentant tal-grupp ta’ Simon Busuttil fit-Times of Malta.
Hu rrapporta li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista neħħa din il-Kummissjoni minkejja dak li jgħid l-istatut. Innotaw kif Puli ma weġibx fuq hekk.
Ivan Camilleri kwota uffiċjali tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jgħidu li la Puli u lanqas Adrian Delia m’għandhom xi saħħa ixolju Kummissjoni bħal din.
U fid-dawl li Puli nnifsu mhux darba u tnejn uża lil Ivan Camilleri ħadha bi kbira ħafna b’dan ir-rapportaġġ.
Tant li qabbad lil Mario Frendo jgħamillu storja fuq NET NEWS.
Filwaqt li bħal dejjem dawk li jappoġġjaw lil Simon Busuttil jilgħabu l-logħba tagħhom pubblikament u fil-midja li tappoġjahom, hemm oħrajn li mhux lesti jagħmlu dan.
Iżda wkoll jafu li Puli ma jistax jiddeċiedi waħdu affarijiet bħal dawn.
Fil-fatt Puli tlaqqam fl-istamperija bħala l-“kollox hu” u l-imkejjen tagħhna qalu li dan hu każ ieħor fejn Puli qed jimxi għal rasu.