L-eks mexxej Katalan Charles Puigdemont qed jinżamm arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi; li sabuh meta kien qed jaqsam mid-Danimarka lejn il-Belġju; fejn kien ilu jgħix f’eżilju mir-referendum fil-Katalunja f’Ottubru li għadda.
L-akkużi ta’ ribelljoni li qed jaffaċċja Puidgemont jistgħu jwassluh għal sentenza ta’ tletin sena ħabs.
Charles Puigdemont tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ President tal-Katalunja wara li l-Gvern f’Madrid neżża’ lil dan ir-reġjun mill-awtonomija meta l-Parlament reġjonali iddikjara l-indipendenza.