Il-mexxej Katalan imkeċċi Carles Puigdemont telaq minn Spanja u vvjaġġa lejn Brussell.
Puigdemont qed jaffaċċja akkużi li nċita lil bosta jirribellaw mill-Gvern Spanjol wara li Katalonja ddikjarat l-indipendenza taħt it-tmexxija tiegħu. Akkuża li wieħed jista’ jeħel sa massimu ta’ 30 sena ħabs.
Dan wara li l-Ministru Belġjan tal-Ażil u l-Migrazzjoni, Theo Francken qal li Puigdemont jista jfittex l-ażil fil-pajjiż.