“Il-professjonisti, peress li issa qed jiġu eżentati, il-valur tal-psikoterapija, il-cost jinżel, allura meta jinżel il-cost qed tilħaq aktar nies. Allura mhux bilfors meta tkun kważi qtajt qalbek, imma tagħmilha bniedem meta wieħed jieħu ħsieb ġismu, bħala maintanance.”
Charles Cassar – Psikoterapista
Din kienet ir-reazzjoni skjetta tal-psikoterapista Charles Cassar, għall-bidla li se tara li servizzi marbutin ma’ dawk ta’ professjonisti ta’ counselling u psikoterapija jiġu eżentati mill-VAT.
Din l-aħbar ingħatat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qiegħed jiġi intervistat mill-ġurnalist ta’ ONE News Nolan Camilleri.
Waqt li faħħar l-inizjattiva, il-piskoterapista, li tkellem ma’ ONE News, spjega li qabel il-psikoterapija kienet regolata taħt il-professjoni medika, li jfisser li ma kinitx legata minn dejjem. Iżda, fl-elfejn u tmintax dan kollu nbidel fejn pajjiżna rrikonoxxa l-psikoterapija bħala professjoni per se, li fi kliem Cassar ikkawża ambigwità.
“Minn hemm inqalgħet daqsxejn ta’ ambigwità. Għax meta tara l-Mental Health Act qabel, dawk il-provvisti taħt il-mediċina, kienet ġiet qisha taħt interpretazzjoni. Allura issa, b’dak li ġie mħabbar mill-Prim Ministru nhar il-Ħadd, qabad il-barri minn qrunu u ‘it is a shrine in stone’ li professjonijiet, bħal counseling u l-psikoterapija, jiġu eżentati mill-VAT. Din hi ċara u tfisser ħafna għall-professjoni.”
Charles Cassar – Psikoterapista
Dr Cassar spjega li l-psikoterapija taħdem fuq firxa wiesa’ ħafna. Tenna li, għalhekk, sejjaħlu pass għaqli li l-Gvern ineħħi t-taxxa fuq dan it-tip ta’ servizz importanti quddiem ir-realtajiet li qed ngħixu llum il-ġurnata.
“Il-Gvern hawnhekk ta sinjal ċar li hu importanti li l-mental health u l-physical health ġabhom at par. Allura dik hi importanti, għax qiegħed jagħti sinjal ċar li l-wellbeing hu għal qalbu, għax int jekk tkun għaddej fil-maintenance u għaddej perfettament u qed titjieb. Qed ikollhom well-being u dik hi pilastru tal-quality of life”.
Charles Cassar – Psikoterapista