Psikjatri se jevalwaw l-istat mentali taż-żagħżugħ, David Brincat ta’ tmintax-il sena minn Santa Venera, li jinsab mixli li poġġa materjal splussiv quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fl-aħħar tax-xahar li għadda.
Dan ħareġ hekk kif kif it-Tlieta bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront taż-żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Santa Venera, akkużat b’16-il akkuża, fosthom, b’terroriżmu.
Fil-bidu tas-seduta, id-difiza talbet li l-akkużat jiġi eżaminat minn tliet psikjatri sabiex jiġi determinat l-istat mentali tiegħu, qabel u waqt ir-reat. Dan anke fid-dawl, li l-akkużat jinżamm fit-Taqsima Fornesika, f’Monte Carmeli.
Il-Qorti, ippresseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi, laqgħet din it-talba u ddeferit il-kawża għad-disgħa ta’ Lulju.