Tliet psikjatri ddikjaraw li David Brincat ta’ 18-il sena akkużat li poġġa splussiv quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, kien fi stat ta’ ġenn wara li beda jipproduċi u jikkonsma droga sintetika u jħallata ma’ ammont kbir ta’ alkoħol.
Fil-Qorti ntqal li l-eżami fuq Brincat irriżulta li jbati minn diversi problemi ta’ saħħa mentali u kkonkludew li f’dak il-perjodu, l-akkużat kien intossikat minn taħlita ta’ sustanzi sintetiċi.
Intqal li ż-żagħżugħ wera ftit li xejn rimors dwar dak li allegatament ġara jew seta’ ġara u jeżisti r-riskju ta’ reati futuri, jekk ma jirċevix trattament.