Ir-Reġina Eliżabetta inaqbdet tgħid li uffiċjali Ċiniżi kienu ‘psataż ħafna’ waqt l-aħħar żjara li għamel il-President Xi Jinping fl-Ingilterra.
Flimkien ma’ Kmandant, ir-Reġina kienet qiegħda tiddiskuti l-mod li bih l-ambaxxatur Ingliż għaċ-Ċina kien trattat.
L-invit għaż-żjara tal-President Xi kienet parti mill-pjan tal-Gvern biex jattira investiment Ċiniż. Filwaqt li ż-żjara kienet deskritta minn Buckingham Palace bħala ‘ta’ suċċess kbir’, ir-Reġina ma tantx kienet ħelwa. Tant li meta introduċewha lill-persuna li ħadet ħsieb is-sigurtà, qaltilha ‘xi sfortuna!’, preċiżament ‘oh, bad luck’.
Umbagħad qalet: ‘They were very rude to the ambassador weren’t they?’
Il-Kmandant wieġbitha li kienu psataż ħafna u xejn diplomatiċi, b’referenza għal meta xi uffiċjali ħarġu ‘l barra minn laqgħa.
Minn jaf x’jaħsbu ċ-Ċiniżi dwar ir-Reġina.
https://www.youtube.com/watch?v=yTlpDvKr2Kc