Tliet irġiel li waslu Malta fuq dgħajsa f’Ottubru li għadda ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ammettew li pruvaw isiefru minn Malta b’dokumenti foloz.
Adam Ayman u Al Mohamed mis-Sudan flimkien ma’ Predi Zef ta’ 26 sena mill-Albania ngħataw sentenza ta’ ħabs mill-Maġistrat Ian Farrugia, wara li l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frankie Sammut spjegat li għajdud hemm barra huma li jekk tinqabad b’dokumenti foloz teħel biss sentenza sospiża.