Żewġ Sudaniżi ta’ tmienja u għoxrin u sitta u għoxrin sena, flimkien ma’ żagħżugħ ta’ għoxrin sena miċ-Chad ġew ikkundannati sentejn ħabs, filwaqt li żewġ Sudaniżi ta’ sittax u sbatax-il sena ngħataw sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs.
Dawn tressqu l-Qorti wara li s-Sibt ippruvaw jaħarbu minn pajjiżna F’kontejner fil-katamaran.
L-akkużati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.