Żewġt irġiel li ġew mir-Russja lejn pajjiżna biex isarrfu ċertifikati foloz fi flus ta’ bond stmat miljun u nofs dollaru tal-Lombard Bank ġew liberati mill-akkużi ta’ frodi.
L-irġiel li fil-Qorti ntqal li ma kinux jafu li dawn iċ-ċertifikati kienu foloz, bagħtu numru ta’ emails lil bank biex jipproċessaw dawn iċ-ċertifikati li kellhom jagħtu kemxa ġmiela lill-imputati.
B’Ingliż ma jinftiehem xejn, il-bank injora dawn l-emails għax ħasibhom foloz iżda imbagħad dawn iż-żewġ persuni ġew Malta u marru l-bank fiċ-ċeritifikati.
Hawnhekk il-bank sejjaħ il-pulizija u dawn l-irġiel ġew arrestati fuq frodi iżda fil-Qorti, il-Maġistrat Joe Mifsud qal li ma jistax isib ħati lil dawn iż-żewġ min-nies.
“Kieku kienu jafu li ċ-ċertifikati kienu foloz ma kinux jieħdu t-triq twila mir-Russja u jiġu l-bank jsaqsu dwar iċ-ċertifikati biex jissarfu”, sostna bi kliem ċar il-Maġistrat.
Ġie innutat ukoll li ċ-ċertifikati kienu evidentament foloz.