L-uffiċjali tad-dwana waqqfu attentat ta’ traffikar ta’ droga kannabis minn Sqallija għal pajjiżna lbieraħ. Fi proċedura ta’ moniteraġġ fuq il-katamaran, l-uffiċjali tad-dwana sabu rażina tal-kannabis fuq ir-raġel, li prova jgħaddiha bħala sapuna tal-ħasil.
Madanakollu, wara testijiet għad-droga rriżulta li fil-verita kienet kannabis.
L-Uffiċjali tad-dwana infurmaw l-iskwadra tal-Pulizija kontra d-droga li arrestaw lill-passiġġier.