Tnediet l-iskema BSecure.
Skema li se tgħin lis-settur privat biex jilqa’ għall-attakki online.
Dan tħabbar waqt l-ewwel summit għas-sigurtà fuq l-internet li qed isir f’Malta.
Studju li kien sar mill-MITA wera li 40% tal-kumpaniji lokali sofrew minn attakki online, filwaqt li 83% ta’ kumpaniji kbar spiċċaw vittmi minn tal-inqas attakk wieħed.
Dawn l-attakki malizzjużi jistgħu saħansitra jwasslu għall-falliment tal-kumpaniji.
Imprenditur, li sa minn ċkunitu kellu l-ħolma li jkollu negozju tiegħu fetaħ kumpanija li kienet sejra tassew tajjeb, sakemm darba f’daqqa waħda spiċċa vittma ta’ attakk online. Hu qal ma’ crew ta’ ONE News:“We had thousands of accounts which consisted of sensitive files and confidential data. It was all going well, I was living my dream, until early last year. We received an email from someone asking for ransom or they will publish the sensitive data of all of our clients. I never thought it would happen to us, protecting the data of our customers almost cost me my childhood dream and the jobs of my employees.”
3 snin ilu l-Gvern nieda strateġija dwar is-Sigurtà fuq l-internet.
F’dan il-kuntest, is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri, spjega li kull kumpanija tista’ tapplika għall-iskema ta’ għajununa li toffri taħriġ lill-ħaddiema kif ukoll assistenza lill-kumpaniji biex jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sistemi teknoloġiċi li possibilment jistgħu jwasslu għall-attakki.
Is-Segretarju Parlamentari Schembri stqarr: “Dan huwa l-pedament, aħna bħala Gvern qed noffru dan il-pedament, li noffru rapport lil dik il-kumpanija u mbgħad dik il-kumpanija sta għaliha li tibni fuqu u tara li tagħlaq kemm jista’ jkun dawk il-gaps.”
L-iskema hija miftuħa sal-24 ta’ Novembru li ġej.