Fil-Belt Valletta saret protesta kontra l-użu tal-karozzini. Dan wara li kmieni din il-ġimgħa wieħed minn dawn iż-żwiemel miet fuq il-post.
Intant, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri f’messaġġ fuq Facebook dakinhar tal-inċident, esprima d-dispjaċir tiegħu għall-inċident fejn ordna lill-veterinarju u lill-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali biex imorru fuq il-post u minnufih jassistu u jiddeterminaw il-fatti preċiżi ta’ x’wassal għal dan l-inċident.
Hu spjega kif se jkun qed isegwi mill-qrib sabiex b’mof ħolistiku jitnaqqsu bl-aktar mod possibbli inċidenti ta’ din in-natura.