Mijiet ta’ persuni ħarġu jipprotestaw dwar l-immanġijar tal-kriżi ekonomika fil-Libanu għat-tieni jum konsekuttiv. Hekk kif il-kriżi finanzjarja marret għall-agħar matul il-pandemija tal-COVID-19.
Id-dimostranti fil-belt kapitali Beirut u fil-belt tat-tramuntana Tripli garaw ġebel u nar lejn il-pulizija. Il-forzi tal-ordni kellhom jużaw gass tad-dmugħ u balal tal-gomma.
L-isterlina Libaniża naqset għal livelli baxxi, tant li tilfet 70% tal-valur tagħha minn Ottubru ‘l hawn. Madanakollu, it-tnaqqis fir-rata deher li waqaf il-Ġimgħa hekk kif il-Gvern Libaniż ħabbar li bank ċentrali tal-pajjiż se jkun qed jinjetta aktar dollaru Amerikan fis-suq bil-għan li l-valur tal-lira ma jibqax jonqos. Din għandha tibda nhar it-Tnejn.
Il-gvern Libaniż se jkun qed jiddiskuti mal-Fond Monetarju Internazzjonali sabiex jiżgura bail out ta’ biljuni ta’ dollari biex jgħin l-ekonomija tal-pajjiż terġa’ tiġi fuq saqajha. Madanakollu l-assistenza finanzjarja se tkun qed tfisser riformi ekonomiċi stretti.
Bosta ċittadini Libaniżi spiċċaw fil-faqar filwaqt li aktar minn terz tal-popolazzjoni tinsab bla xogħol.