Żgħażagħ f’diversi ibliet madwar Franza ipprotestaw kontra ż-żewġ kandidati Presidenzjali Marine Le Pen u Emmanuel Macron.
Fil-kampanja żagħżugħa deheru diversi sinjali jgħidu li il-poplu Franċiż ħaqqu aħjar, u nstemgħet l-għajta f’diversi ibliet ‘neither Macron nor Le Pen’.
Issa il-qiegħa tkompli tisħon hekk kif il-poplu mistenni jerġa jivvota fis-sebgħa ta’ Mejju li ġej.
Għalkemm Macron huwa l-kandidat favorit ta’ diversi ħadd ma nħeba wara l-fatt li Le Pen qed tisraq l-attenzjoni ukoll, bi strateġiji sottili bħal dik ta’ din il-ġimgħa, fejn żaret fabbrika f’Amiens fl-istess ħin li kien skedat li jżurha hu.