Eluf kbar ta’ dimostranti ħarġu fit-toroq tal-Istati Uniti jipprotestaw għal liġijiet aktar stretti b’rabta max-xiri liberu ta’ armi.
Dan fid-dawl ta’ żewġ sparaturi li kawża tagħhom mietu għadd ta’ persuni.
Dawk li ħadu sehem fil-protesti ġarrew messaġġi fuq kartelluni jgħidu “I want freedom from getting shot.”
Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden faħħar dawn id-dimostrazzjonijiet fejn talab lill-Kungress biex jgħażel iħares is-sens komun u jdaħħal leġiżlazzjonijiet li jħares is-sigurtà b’rabta max-xiri tal-armi.