Aktar minn erba’ mitt Rumen indarbu wara protesti fil-kapitali Bucharest kontra l-Gvern dwar korruzzjoni u pagi baxxi.
Madwar ħamsin elf persuna ħarġu jipprotestaw, bil-pulizija tgħid li fost l-oħrajn uffiċjali tagħha ndarbu.
Il-pulizija kienet kostretta tuża l-gass tad-dmugħ u xxerred l-ilma biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.
Dan wara li d-dimostranti bdew jitfgħu kull ma jiġi għal idejhom.
Il-President tar-Rumanija Klaus Iohannis kkundanna dik li deherlu kienet forza sproporzjonata mill-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet.