Eluf ta’ nies fil-Filippini attendew ġurnata ta’ protesta kontra l-politika kontroversjali tal-President Rodrigo Duterte, li qed ikompli juża l-pulizija b’mod drastiku biex jelimina l-problema tat-traffikar tad-droga fil-pajjiż.
L-opponenti kkritikaw it-theddida tas-Sur Duterte li terġa tiddaħħal il-liġi marzjali u l-gwerra brutali tiegħu fuq id-drogi li fiha qatel eluf.
Kienu wkoll eluf iżda dawk li pparteċipaw fil-manifestazzjonijiet favur Duterte.
It-tifel ta’ Duterte stess, Paolo, qed jaffaċċja allegazzjonijiet ta’ traffikar tad-drogi.
Il-president qal li hu jkollu japprova l-qtil ta’ Paolo jekk jinstab li l-allegazzjonijiet huma veritieri.
“L-ordni tiegħi huwa li noqtlok jekk tinqabad ħati. U se nipproteġi lill-pulizija li joqtlok, jekk huwa veru”, qal li kien qal lil ibnu il-president lill-ġurnalisti.
It-tifel tiegħu ta’ 42 sena deher quddiem inkjesta tas-senat aktar kmieni dan ix-xahar, u insista li l-allegazzjonijiet li huwa għen biex jinbigħu mediċini miċ-Ċina lejn il-Filippini huma “xnigħat u gossip” u li huma “bla bażi”.
Il-president ta’ 72 sena ħa l-kariga f’Lulju 2016 fuq pjattaforma iebsa kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni.
Huwa konsistentement ħeġġeġ liċ-ċittadini u lill-pulizija biex iwettqu qtil anke barra mid-deċiżjonijiet tal-Qorti, f’politika li ġiet ikkritikata internazzjonalment għal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.