F’Bejrut diversi attivisti ħarġu jipprotestaw f’dimostrazzjonijiet kontra l-Gvern Lebaniż fid-dawl tal-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża nhar it-Tlieta li għadda.
Huma marru jipprotestaw viċin il-Parlament Lebaniż fejn l-uffiċjali tas-sigurtà Lebaniżi fetħu il-gass tad-dmugħ fuq l-attivisti preżenti.
L-attivisti esprimew ir-rabja tagħhom dwar din l-isplużjoni devastanti li laqtithom u tennew li din l-isplużjoni ġiet ikkawżata b’negliġenza tal-Gvern fejn il-ħajja ta’ minn tal-inqas mija, sebgħa u tletin persuna kellha tħallas qares għaliha.
Dan apparti l-ħamest elef persuna l-oħra li huma midruba.
Din l-isplużjoni qerdet distretti sħaħ fil-kapitali inkluż diversi djar u negozji.