Protesti f’diversi bliet fir-Russja fosthom f’Moska wasslu għal diversi arresti fosthom tal-Kap tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny.
F’Moska Navalny organizza protesta fejn eluf inġabru miegħu li bdew jitolbu għar-riżenja tal-Prim Ministru Dmitry Medvedev.
Dan fuq allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni.
Uħud mid-dimostranti bdew jgħajtu messaġġi ta’ kritika għal President Vladimir Putin.
Dan wara li uħud mill-protesti organizzati ma kisbux il-permess tal-awtoritajiet biex isiru.