Fil-gżejjer Griegi ta’ Lesbos, Samos u Chios qed isiru protesti u strajks b’reazzjoni għall-mod kif il-Gvern qed jamministra l-wasliet tal-immigranti mit-Turkija.
Kulma jmur, in-numru ta’ immigranti qed jiżdied, u l-kundizzjonijiet fil-kampijiet huma diżastrużi hekk kif qed jagħtu refuġju lil ammont ta’ persuni ferm iktar minn kemm jifilħu.
Fuq il-kartelluni, id-dimostranti qed jappellaw biex jieħdu l-gżira tagħhom lura u rreferew għall-kampijiet bħala ħabs.
Ritratt: BBC News