Filwaqt li l-Ewropa qed tfakkar jum twelidha, madwar 25,000 persuna invadew il-kapitali Taljana biex isemmgħu leħinhom dwar l-Unjoni Ewropea.
B’kollox kien hemm erba’ marċi u żewġ sit-ins madwar Ruma, b’5,00 Forzi tal-Pulizija jimxu mat-toroq tal-Belt lesti għal kull ma jista’ jinqala, hekk kif kien maħsub li estremesti kemm favur u kemm kontra l-Ewropa kienu se jintimidaw lil xulxin.
Fost dawk li ħadu sehem fil-protesti f’Ruma kien hemm ċittadini Brittaniċi li qed jgħidu li ħaqqhom jibqgħu jingħataw drittijiet fl-Italja wara Brexit.
Madanakollu kien hemm ukoll vuċijiet favur l-Unjoni Ewropea, bħal dik tal-March for Europe.
Din saret ukoll f’Londra, belt li għalkemm għadha mġarrba bl-attakk terroristiku ta’ din il-Ġimgħa, għadha qed turi tama li b’xi mod il-proċess Brexit jitwaqqaf. Dan jiem biss qabel ma il-Prim Ministru Theresa May tinvoka Artiklu 50.