Fit-Tuneżija, il-pulizija tarresta raġel li qed imexxi kampanja favur id-drittijiet tal-konumità LGBTIQ+ waqt rally kontra r-referendum li se jsir dwar il-kostituzzjoni ġdida kif proposta mill-President Tuneżin Kais Saied.
Fil-fatt, kienu bosta li niżlu fit-toroq ilbieraħ jipprotestaw kontra t-tibdil, li spiċċaw attakkati mill-pulizija, minkejja li kienu qed jieħdu sehem fid-dimostrazzjoni b’mod paċifiku.
Ir-referendum huwa skeda għal jumejn oħra, nhar il-25 ta’ Lulju, f’għeluq is-sena mindu Saied keċċa lill-Prim Ministru Tuneżin, issospenda l-parlament filwaqt li ħa f’idu t-tmun tal-pajjiż.