Ir-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali fil-Belarus li saret ilbieraħ qed tqajjem dubji kbar mill-oppożizzjoni Svetlana Tikhanovskaya. Il-president ta’ Belarus, Alexander Lukashenko, kiseb tmenin fil-mija tal-voti.
In-nuqqas ta’ skrutinju, b’nuqqas ta’ osservaturi, wassal għal tħassib li l-elezzjoni hija mbagħbsa. Ma’ l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat, bosta rħewla fil-kapitali, Minsk, biex jipprotestaw ir-riżultat. Fejn bosta sfaw feruti wara li l-Pulizija pprovaw jikkontrollaw il-prostesti.
L-elezzjoni saret fost frustrazzjoni li qed dejjem tikber lejn it-tmexxija ta’ Lukashenko, li ilu jokkupa l-ogħla kariga fil-Belarus sa mill-1994.