Eluf ta’ persuni fil-Belarus komplew jipprotestaw kontra l-President Alexander Lukashenko bl-għajta sabiex jitlaq u jerħi mill-poter.
Spikkat il-preżenza qawwija tal-pulizija fi pjazza Indipendenza fil-kapitali Minsk fejn minn tal-inqas 140 persuna ġew arrestati.
Il-President Lukashenko ilu fil-poter għal dan l-aħħar 26 sena u qal li ma għandu l-ebda intenzjoni li jitlaq u ċaħad li kien hemm frodi elettorali.
Intant l-mexxej tal-Opożizzjoni Svetlana Tikhanovskaya mistennija tindirizza il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti nhar il-Ġimgħa li ġej.