Dimostranti niżlu fit-toroq ta’ Barċellona jipprotestaw għall-ħames lejl konsekuttiv b’rabta mal-arrest tar-rapper Pablo Hasel.
Bosta ħwienet tad-ditti lussużi u vetturi spiċċaw fil-mira ta’ vandaliżmu u tkebbsu anke xi nirien.
L-għajta tal-protesti hija biex Hasel jinħeles mill-arrest wara li nstab ħati li gglorifika t-terroriżmu u kiteb kontra l-istituzzjonijiet tal-istat fuq Twitter u fil-lirika tal-kanzunetti tiegħu.