Id-dimostranti fil-Belarus baqgħu jipprotestaw fl-ibliet kontra l-President Alexander Lukashenko.
Bosta nġabru barra l-ħabs fejn jinsab miżmum ir-raġel tal-kandidata għall-President tal-pajjiż Svetlana Tikhanovskya, u li wara l-elezzjoni marret lejn il-Litwanja.
Sergei Tikhanovsky għalaq tnejn u erbgħin sena u fi protesta simbolika, id-dimostranti nġabru barra l-ħabs fejn qed jinżamm.
Huwa kellu joħroġ għall-elezzjoni Presidenzjali iżda ntefa’ l-ħabs.