Grupp ta’ persuni nġemgħu quddiem il-Parlament Malti fil-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra l-liġi ta’ żwieġ ugwali.
Dawk miġbura huma persuni mill-Fondazzjoni Life Network, Unborn Child Movement, the Gift of Life Foundation u l-grupp Women for Life, gruppi li jissuġġerixxu li huma favur il-ħajja u l-familja.
Quddiem il-Parlament Malti fejn bħalissa qed issir diskussjoni dwar it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi ta’ żwieġ ugwali, dan il-grupp ta’ nies mar b’kartelluni żgħar li fuqhom kitbu messaġġi kontra dan it-tip ta’ żwieġ.