Fil-Belt Valletta saret protesta mill-gruppi ta’ Occupy Justice u Repubblika li għaliha attendew numru ta’ deputati Nazzjonalisti.
Fuq quddiem nett ta’ din il-protesta, li talbet għar-riżenja tal-Prim Ministru kien hemm l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u deputati tal-Partit Nazzjonalista.
Il-gruppi li qed jipprotestaw huma l-istess li fl-aħħar xhur tefgħu dubji kbar dwar kemm l-istituzzjonijiet f’pajjiżna jistgħu jsolvu l-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruna Galizia.
Kien hemm mumenti meta persuni li kienu qed jipprotestaw dawru l-karozza tal-Ministru Owen Bonnici hu u ħiereġ mill-Parlament. Dawk li kienu hemm bdew jinsultaw lill-Ministru Bonnici u jobżqu lejn il-karozza fost affarijiet oħra, filwaqt li kien rapportat ukoll li weġgħet xi ftit pulizija.