“Irridu ngħixu fuq l-art tagħna.”
Kien dan il-kliem li xpruna protesta li saret u li ġiet organizzata mis-Socjetà għall-Informazzjoni Kulturali Għarbija, f’pajjiżna, max-xatt tal-Imsida.
Kelliema f’din il-protesta, indirizzaw fost l-oħrajn il-qtil u l-attroċitajiet li qed iseħħu fil-belt ta’ Gaza, fosthom il-qtugħ tal-provvista tal-elettriku, il-fjuwil, l-ilma u t-tagħmir mediku.
Żiedu jgħidu li l-Palestina, hija l-art tal-Palestinjani, u li jixtieq jaraw li arthom terġa’ għal darb’ oħra ssir libera minn kull okkupazzjoni.
Dawk preżenti, fosthom anke tfal, kellhom kartelluni b’diversi messaġġi ta’ tama u appelli ta’ għajnuna.
Din id-dimostrazzjoni saret fid-dawl tal-Gwerra bejn Iżrael u l-Palestina, li rat mijiet ta’ persuni jitilfu ħajjithom, miż-żewġ naħat.