Is-Sibt filgħodu numru ta’ persuni, fosthom artisti lokali nġabru quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta hekk kif saret protesta paċifika bil-għan li l-artisti lokali jkunu jistgħu jorganizaw attivitajiet.
Waqt din il-protesti, tkellem il-President tal-Assoċjazzjoni għall-industrija tal-ispettaklu u l-arti, Howard Keith Debono, li huma, bħala artisti, jixraq li jkollhom l-istess drittijiet bħal ħaddieħor. Huwa żied jgħid kif din hija xi ħaġa nazzjonali u mhux politika.
L-artisti li tkellmu waqt dib il-protests qalu li permezz ta’ din il-protesta huma mhumiex jitolbu li jsiru attivitajiet kbar tal-massa, iżda attivitajiet ikkontrollati b’iżjed nies.