Ftit tal-ħin ilu ttellgħet protesta fil-Gżira b’rabta max-xogħlijiet li għaddejjin fi Triq Manoel fl-istess lokal.
Il-protesta li saret quddiem il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu ttellgħet mis-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xogħlijiet f’din it-triq kellhom jieqfu temporanjament minħabba li l-kuntrattur, li rebaħ it-tender, sab diffikultà biex jikseb il-materjal neċessarju għall-pavimentar.
Minkejja dan, id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi, fi stqarrija, spjega li x-xogħol tkompla qed jissokta tul din il-ġimgħa kollha.
Għal din il-protesta attendew numru ta’ residenti fejn ġie aċċennat l-importanza tas-sigurtà u t-tnaqqis tat-trabijiet fl-inħawi, fost oħrajn.